Ġenituri jippreferu jibqgħu mifrudin minn uliedhom

Il-ġenituri immigranti li l-amministrazzjoni ta’ Trump firdet minn ma’ wliedhom u rritornat f’darhom qed jirrifjutaw li jerġgħu jiltaqgħu ma’ wliedhom għax il-pajjiżi tagħhom huma perikolużi ħafna.

Avukat qal fil-Qorti Amerikana, “Kellna konverżazzjonijiet diffiċli ħafna mal-ġenituri din il-ġimgħa. Daqskemm iridu jkunu ma’ wliedhom, iħossu li hu ta’ periklu wisq… sitwazzjoni ta’ qsim il-qalb.”

L-Avukat Gelernt qal li qatta’ xi żmien fi Guatemala jipprova jsib il-ġenituri ta’ madwar 300 tifel u tifla li qegħdin f’postijiet fl-Istati Uniti, u sab madwar żewġ terzi tagħhom li l-ġenituri qegħdin jirrifjutaw li jiħduhom lura magħhom f’pajjiżhom.

Kompla jgħid li dawk li qegħdin jirrifjutaw għandhom tfal kbar li x’aktarx, jekk imorru lura, jispiċċaw jiddaħħlu fi klikek vjolenti. Barra minn hekk, uħud minnhom għandhom qrabat tagħhom joqogħdu fl-Istati Uniti u x’aktarx ma jispiċċawx fis-sistema ta’ fostering. 

Ara r-rapport kollu hawnhekk.