Ġenituri jieħdu lil uliedhom l-għassa wara li stupraw tfajla

Ħames żgħażagħ ta’ taħt l-20 sena nisslu biża’ fi Brooklyn, fl-Istati Uniti wara li, kollha kemm huma stupraw tfajla fi playground pubbliku.
Dan ġara wara li b’arma tan-nar, ordnaw lil missierha jitlaq mill-post li mar mill-ewwel ifittex l-għajnuna imma dam mal-20 minuta biex iltaqa’ ma’ Pulizija u rritornaw fil-post.
Erba’ mill-ħames żgħażagħ ġew arrestati waqt li għaddejja t-tfittxija għall-aħħar wieħed.
Tnejn mill-erba’ arrestati għandhom 14 u 15-il sena u ttieħdu l-għassa mill-ġenituri tagħhom stess.
Iż-żewġ żgħażagħ l-oħra għandhom 15 u 17-il sena.