Ġenitur u taħdem? Ara kif se tibbenefika

Minister for the Family, Children’s Rights and Social Solidarity Michael Falzon addresses a press conference

3,900 familja u madwar 6,400 tifel u tifla se jibdew jibbenefikaw minn rati ġodda tal-in-work benefit. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet relatata mal-miżuri soċjali li tħabbru t-Tnejn li għadda.

Il-Ministru spjega li l-in-work benefit se jibqa’ jiżdied u se jkunu qed jibbenefikaw minnha koppji li jaħdmu t-tnejn, single parents u koppji fejn jaħdem ġenitur wieħed biss.

Il-Ministru Falzon spjega li l-pagamenti se jibdew jitħallsu tliet xhur b’lura. Il-pagament li jmiss se jsir f’Lulju u se jkun jinkludi l-€250 żieda mħabbra t-Tnejn li għadda. Il-pagament t’Ottubru se jkun qed isir bir-rati l-ġodda.

Il-Ministru Michael Falzon spjega u elenka ż-żidiet imħabbra skont il-kategoriji ta’ persuni illi se jibbenefikaw:

Koppja li t-tnejn jaħdmu

  • Dħul massimu żdied minn €24,812 għal €26,000 fis-sena.
  • L-ogħla rata applikabbli żdiedet minn €1,300 għal kull wild għal €1,400.
  • Rati żdiedu:
    • €100 fis-sena għal min għandu dħul sa €18,111
    • €50 fis-sena għal min għandu dħul minn €18,112 sa €22,811
    • €30 fis-sena għal min għandu dħul minn €22,812 sa €26,000

Koppja fejn persuna waħda tkun taħdem

  • Dħul massimu żdied minn €17,813 għal €22,000 fis-sena.
  • L-ogħla rata applikabbli żdiedet minn €550 għal kull wild għal €630.
  • Rati żdiedu bi €80 fis-sena

Persuna Waħedha

  • Dħul massimu żdied minn €17,312 għal €18,200 fis-sena.
  • L-ogħla rata applikabbli żdiedet minn €1,350 għal kull wild għal €1,400.
  • Rati żdiedu b’€50 fis-sena Dħul huwa minn xogħol biss wara li titnaqqas il-bolla.

Dħul ieħor bħal interessi u renti ma jkunx ikkunsidrat. Id-dħul ikun ikkalkulat fuq l-FS3s jew inkella fuq il-profit and loss account tas-sena ta’ qabel.

Benefiċjarji fl-aħħar sena kif indikat u sa Marzu 2020:

L-ammonti mħallsa jirriflettu l-pagamenti li ħarġu matul kull sena

Iż-żidiet f’dawn il-miżuri jammontaw għal €4 miljun. Il-Ministru fakkar li l-miżuri l-oħra bħat-tapering of benefits u c-childcare b’xejn se jibqgħu fis-seħħ.

Matul l-2020 ġiet introdotta s-Senior Citizen Grant, li minnha bbenefikaw 900 fid-djar tal-anzjani li jħallsu privatament u bdew jieħdu l-għotja ta’ €300. Din is-sena daħal fis-seħħ ukoll iċ-child bonus, li bbenefikaw madwar 4,000 koppja. Dan jingħata f’forma ta’ bonus ta’ darba ta’ €300 għal kull wild jew adozzjoni.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Falzon tkellem dwar it-tnaqqis fit-taxxa tal-boll minn 5% għal 1.5% sal-ewwel €400,000 tal-valur tal-propjetà, għall-kuntratti li se jiġu ffirmati bejn id-9 ta’ Ġunju 2020 u l-31 ta’ Marzu 2021. Din il-miżura se tiswa mat-€32 miljun u se tgħin lil madwar 10,000 koppja.