Ġenitur jallega li t-tifel issawwat minn pulizija f’Paceville

Il-Kummissarju tal-Pulizija għadda lill-Maġistrat tal-Għassa, każ ta’ ġenitur jallega li ibnu ġie aggrediet fil-vann tal-pulizija.
Il-ġenitur qed jgħid li fl-1 ta’ Jannar it-tifel kien qed ipejjep f’ħanut f’Paceville u ġie mwaqqaf mill-pulizija.
F’ittra li ntbagħtet lill-mezzi tax-xandir, il-ġenitur qal li pulizija  mmanettja lit-tifel, tefgħu ġo vann u ġie msawwat. 
Jgħid ukoll li bis-swat weġġa’ rasu u sidru. 
Il-ġenitur appella wkoll lill-Kummissarju Michael Cassar biex Paceville ikun aktar sikur u jitwaħħlu aktar kameras tas-sigurtà.