Ġeneral Iżraeljan jgħid li l-armata lesta biex tattakka f’Gaza

Il-Ġeneral Benny Gantz qal li l-armata Iżraeljana jonqosha biss li tingħata l-ordni mill-Gvern sabiex twettaq aktar attakki f’Gaza, speċjalment fuq il-grupp militanti Palestinjan tal-Hamas.
Gantz qal dan meta kien qed iżur bażi militari.
Qal ukoll li Gaza se tegħreq f’diżastru kbir.
Gantz sostna li l-attakki mill-ajru qed iħallu l-frott mixtieq minn Iżrael u enfasizza li s-servizzi tas-sigurtà qed iħallu riżultati eċċellenti biex jinstabu l-mexxejja tal-Hamas.