Ġemellaġġ ġdid bejn l-Imdina u d-distrett Dongcheng iċ-Ċina

L-Imdina ffirmat ftehim għall-ġemellaġġ mad-distrett Ċiniż Dongcheng f’Beijing.
Waqt l-iffirmar tal-ftehim is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li r-relazzjoni bejn Malta u ċ-Ċina hi waħda stabbli, u fakkar li din is-sena huwa l-45 anniversarju mit-twaqqif tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi.
Hu qal li dan l-anniversarju se jiġi mfakkar b’riformi fil-qasam tal-Gvern Lokali, fejn jingħata status ogħla lis-Sindki u lill-kunsilliera.
Fi tmiem l-okkażjoni ż-żewġ Sindki tal-lokalitajiet ippreżentaw rigal ta’ tifkira lil xulxin.