Ġellieda fis-Sirja b’attakk f’Aleppo – Reuters

Missier iġorr il-katavru ta' bintu matula f'Idlib

Read in English.

Ġellieda Sirjani li għandhom l-appoġġ tat-Turkija attakkaw pożizzjonijiet miżmuma mill-Gvern fil-belt ta’ Aleppo.

Sorsi tar-Reuters qalu li dan fetaħ front ġdid kontra l-armata Sirjana u li kien hemm avvanzi sinifikanti fil-belt ta’ Idlib fl-aħħar ġimgħa.

L-attakk kien iffukat fuq territorju qrib il-belt ta’ al-Bab, li ilha taħt il-kontroll tat-Turkija u l-alleati tagħha fl-oppożizzjoni Sirjana tagħha sa mill-2017.

Ix-xandir tal-istat Sirjan m’għamel l-ebda referenza għall-aħħar attakk. Sorsi qalu lir-Reuters li l-armata tat-Turkija ma kinetx qed tieħu sehem.

It-Turkija li allegatament tospità 3.6 miljun refuġjat mis-Sirja qed tibża’ minn mewġa ġdida ta’ immigranti minn Idlib.