Kulma għandek bżonn f’din ir-riċetta huma biss żewġ ingredjenti.
Ingredjenti
2 banana mqattgħa biċċiet u ffriżati
1 mgħarfa kokotina
Metodu
Qaxxar il-banana u qattagħha f’biċċiet żgħar.
Iffriża għal sagħtejn fuq karta strazza fuq platt.
Poġġi l-banana ffriżata fi blender u aħdem sakemm issir lixxa.
Żid il-kokotina fil-blender u ħawwad tajjeb sakemm isiru ħaġa waħda,
Jekk trid ġelat artab servi mill-ewwel.
Jekk trid ġelat aktar iebes daħħlu fil-freezer għal madwar siegħa.