Ġelat bil-jogurt

Pexels

Ingredjenti

  1. 4 mgħaref jogurt tal-frawli
  2. 4 mgħaref jogurt tal-ħawħ jew mandolin
  3. 2 kuċċarini ħafur jew ċereali li tiggosta

Metodu

  1. Ġo tazza vojta tal-jogurt itfa’ 2 mgħaref jogurt tal-frawli u fuqhom 2 mgħaref jogurt tal-ħawħ/mandolin
  2. Ferrex 2 kuċċarini ċereali.
  3. Itfa’ 2 mgħaref jogurt tal-frawli u 2 mgħaref jogurt tal-ħawħ/mandolin.
  4. Agħfas ftit it-taħlita u għatti l-bott bil-fojl.
  5. Daħħal kuċċarina minn nofs il-fojl u ħalli l-manku barra.
  6. Poġġi t-tazza fil-friża għal xi 60 minuta sakemm jagħqad kollox.
  7. Neħħi l-fojl u t-tazza billi xxarrabha ftit bil-misħun.
  8. Hekk għandek lollipop tal-ġelat.

Din ir-riċetta meħuda mir-rivista Flimkien.