Ġelat bil-ħalib tal-bott magħqud

Gelat

Ingredjenti

600ml krema tal-ħalib

395g ħalib tal-bott magħqud

2 kuċċarini essenza tal-vanilla

2 mgħaref golden syrup

Metodu

Uża beater tal-elettriku biex tħawwad flimkien il-krema, il-ħalib magħqud u l-essenza tal-vanilla. Ibqa’ ħawwad sakemm it-taħlita tifforma ponot sodi. Bil-mod il-mod, b’furketta, daħħal il-golden syrup. Poġġi t-taħlita f’kontenitur li jingħalaq b’għatu u daħħlu fil-freezer għal 4 sigħat.

Sadattant poġġi l-bowl tal-mixer fil-friġġ biex tiksaħ.

Wara l-erba’ sigħat ittrasferixxi t-taħlita mill-freezer għal ġol-bowl tal-mixer u ħabbat sew sakemm ikollok taħlita kremuża u ftit magħquda. Jekk tara li ma tkunx għaqdet biżżejjed daħħal fil-friża għal xi 30 minuta.

Issa jew tippajpja l-ġelat f’tazzi inkella ttrasferixxih f’kontenitur. Meta sservi agħmel ftit golden syrup fil-wiċċ.