Ġejt blocked mill-paġna tal-Women’s Rights Foundation

Qed nikteb dil-email għax ġejt blokjata mill-paġna tal-Women’s Rights Foundation, li jien kont insegwi b’mod regolari u anke ġieli għamilt like ta’ posts għax hemm diversi suġġetti li jolqtuni bħall-vjolenza kontra n-nisa, it-traffikar tan-nies, u l-isfruttament sesswali. Jiena ma naqbilx magħhom dwar l-abort.
Dawn l-aħħar ġranet qed itellgħu post kuljum favur l-abort għal 30 jum (#30abortionmyths) u jiena ktibt il-kummenti t’hawn taħt. Tliet ijiem wara li bdejt nikteb ġejt blokjata mill-paġna tagħhom. Nista’ biss nixxerjaha posts tagħhom imma ma nistax nikkummenta iżjed. Dak li ġara fuq il-Women’s Rights Foundation ġara lili wkoll fuq il-paġna Voice For Choice – L-għażla tagħna però tal-Women’s Rights ma stennejthiex mingħandhom.
Minkejja l-ħafna kliem sabiħ li jixtiequ jiddiskutu l-abort, din l-attitudni għalija turi li għadhom mhumiex lesti li jiddiskutu għadhom lanqas biss lesti jisimgħu. Lesti jagħtu biss spazju lil min jaqbel magħhom, dawk l-uniċi kummenti li jħallu. Għax nemmen fil-mara, jien nemmen li fejn hemm l-appoġġ u l-akkumpanjament, mara kapaċi twassal it-tqala sal-aħħar biex lil kull tarbija nagħtuha ċans, u ma nħallu lil ebda mara waħedha f’mument ta’ biża’ jew dlam. Nixtieq li s-servizzi li diġà jeżistu bħal Life Line Malta u s-servizzi ta’ Dar Ġużeppa Debono f’Għawdex ikunu dejjem aktar imsaħħa u magħrufin. Voluntiera minn Life Line Malta qaltli kif omm li użat is-servizzi tagħhom lanqas biss kellha min jiġborha mill-isptar wara li twelled.
Taħt il-post li deher fid-9 ta’ Marzu, Fact 1, ktibt dal-kumment:
“Pregnancy can be tough on someone’s physical and mental health, but with love, care and support the woman can make it through it all.”
Taħt il-post li deher fl-10 ta’ Marzu, Fact 2, ktibt dal-kumment:
“L-abort jista’ jkun sigur għall-omm imma mhux għat-tarbija fil-ġuf.”
Taħt il-post li deher fil-11 ta’ Marzu, Fact 3, ktibt dal-kumment:
“Abort mediku huwa mod ta’ kif twaqqaf tqala sad-9 ġimgħa. Sad-9 ġimgħa it-tarbija fil-ġuf diġa’ jkollha qalb li tista’ tinstema’ tħabbat fuq ultrasound, moħħ u organi oħra diġa’ ffumati.”
Fit-12 ta’ Marzu filgħodu ġejt blocked u l-kummenti li ktibt m’għadhomx jidhru, ġew filtered out.
Grazzi tas-servizz tiegħek
Suzanne Vella