Ġejja lura f’Days of our Lives

Deidre Hall, Christie Clark, Greg Vaughan, Alison Sweeney, Drake Hogestyn u Victoria Konefal. Ritratt: XJJohnson/jpistudios.com

Il-karattru ta’ Sami Brady se jkun qed jirritorna fis-soap opera Amerikaan Days of our Lives mis-sena d-dieħla. Kienet l-attriċi Alison Sweeney li ħabbret uffiċjalment ir-ritorn tagħha f’din is-sensiela.

Sweeney kienet bdiet taħdem dan il-karattru fl-1993 u baqgħet tinterpretah sal-2014. Il-producers qatt ma qatlu dan il-karattru għax dejjem ittamaw li l-attriċi terġa’ tiġi lura.

Ritratt: Crown Media United States, LLC/Photographer: Katie Yu

L-attriċi se tkun qed tiffilmja l-ewwel xeni tagħha s-sena d-dieħla u fl-Istati Uniti se jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jarawha minn Lulju tal-2020.

Hawn Malta din is-soap opera tixxandar fuq l-istazzjon Melita More u s-segwaċi ta’ din is-sensiela fadlilhom madwar tlett snin x’jsitennew biex jerġgħu jibdew jarawha.