Ġejja heatwave!

Jidher li dawn il-jiem se jwasslu għall-ewwel heatwave dan is-sajf. Skont is-sit Firstmalta, it-temperaturi se jkomplu jiżdiedu u llum it-temperatura tinħass 37°C.  L-Indiċi UV huwa 11.

Għalkemm teknikament mhix heatwave, se jkollna jiem sħaħ ta’ temperaturi qrib l-40 grad.

Tinsiex: ixrob ħafna ilma u toqgħodx fix-xemx fl-aktar ħinijiet sħan.