Ġej it-tieni Aladdin

Ritratt: Disney

Wara s-suċċess tal-film Aladdin li daħħal aktar minn biljun dollar fil-box office, tħabbar li l-film Aladdin se jkollu sequel. Il-kast tal-ewwel film huwa kważi diġà kkonfermat li se jkun qed jerġa’ jieħu sehem.

Guy Ritchie mistenni jerġa’ jidderieġi l-kast tat-tieni avventura ta’ Aladdin iżda l-ktiba, b’kuntrarju għall-ewwel film, qed jingħad li mhux se tkun f’idejh.

Il-mistoqsija ta’ ħafna hija kif tista’ tiżvolġi l-istorja wara li fl-ewwel film Ginny tile fil-poteri maġiċi u huwa important fl-istorja ta’ Aladdin li l-ġenju jkun fil-lampa u jkun jista’ jibdew xewqat f’realtà.

Jingħad li Disney huwa konvint li t-tieni film ta’ Aladdin jista’ jkun success daqs l-ewwel wieħed.  Filwaqt li l-ewwel film kien addattament tal-film oriġinali animat tal-1992, qed jingħad li l-ħsieb ta’ Disney huwa li t-tieni film ikun storja kompletament ġdida.

Il-proġett s’issa għadu fl-ewwel stadji tiegħu u mhux magħruf meta huwa l-ħsieb li jibda l-ġbid, u wisq aktar meta qed jimmiraw li jkun qed jintwera fis-swali taċ-ċinema madwar id-dinja.