Ġej is-silġ! Itfi l-appliances!

Skont l-aħħar aġġornamenti jidher li matul dan il-lejl il-maltemp se jolqot direttament il-Gżejjer Maltin.
Il-bassara indipendenti Malta Weather ftit tal-minuti ilu ħarġet avviż fejn qalet li l-maltemp li ġej mill-Punent hemm ċans kbir li jolqotna direttament u li dan jista’ jwassal sa bejn 30 u 50mm ta’ xita.
Żiedet tgħid li għandna nistennew is-silġ u r-ragħad u appellat biex il-pubbliku jitfi appliances importanti u prezzjużi matul il-lejl hekk kif mistenni maltemp b’sajjetti qawwija aktar min-normal.
Sadanittant riżultat tal-maltemp xi titjiriet li kienu ġejjin lejn Malta kellhom jibdlu d-destinazzjoni minħabba li ċ-ċirkustanzi tat-temp fuq il-Gżejjer Maltin ma kienux siguri minħabba s-sajjetti.
Ritratt: Anthony Zammit