“Ġej il-Milied” f’Għawdex

Hekk kif qed joqrob il-Milied, f’Għawdex ġiet inawgurata wirja propju bl-isem “Ġej il-Milied” fil-Mużew tad-Dar ta’ Karmni Grima l-Għarb.
Il-wirja tinkludi x-xogħol ta’ diversi artisti Għawdxin u barranin kollha marbuta ma’ żmien il-Milied. 
L-oġġetti għall-wiri huma kollha għall-bejgħ, bil-qligħ imur b’riżq ir-restawr urġenti li qed isir fuq iz-zuntier tas-Santwarju Ta’ Pinu. 
Il-wirja tibqa’ miftuħa sat-30 ta’ Novembru.
Ritratti: MGOZ – George Scerri