Filmati: Il-maltempata ta’ Awwissu

Diversi lokalitajiet intlaqtu minn maltempata li ħakmet il-gżejjer Maltin fosthom dawk fit-Tramuntana ta’ Malta u Għawdex. Il-maltempata żviluppat mit-Tramuntana tal-Italja u baqgħet nieżla lejn in-Nofsinhar.

Fil-filmat jider id-duluvju ta’ xita li niżlet f’Marsalforn propju fi Triq il-Forn, viċin il-port ta’ Marsalforn.

Aktar kmieni, l-uffiċċju meterjoloġiku bassar li maltempata bir-ragħad mistennija tolqot lill-gżejjer Maltin aktar tard matul il-ġurnata.

“It-temp se jkun ftit imsaħħab li jsir puttost imsaħħab bil-possibilita ta’ xi ħalbiet iżolati tax-xita bir-ragħad u l-buffuri tar-riħ f’xi waqtiet. Ir-riħ ser ikun ħafif mil-Lvant,” qal kelliem mill-Uffiċċju Meterjoloġiku.

Skont is-sit Maltaweather.com, iċ-ċansijiet tax-xita huma 45 fil-mija, waqt li l-possibilita’ ta’ sajjetti tinżel 40 fil-mija.

 

Filmati: Facebook – Ino Mario Borg, Nicholas Micallef, Ian Vassalo Hagi