Aġġornata: Jeħlisha ħafif wara li taqa’ ġebla fuqu fil-Gżira

Raġel intlaqat minn ġebla fil-Gżira, meta ħareġ fit-triq minn ġo bini li għaddej xi xogħol ta’ kostruzzjoni fih. Huwa qed isofri minn ġrieħi ħfief.

L-inċident ġara fit-8.30 ta’ dalgħodu. Ir-raġel, ta’ 28 sena mill-Gżira stess, kien ħiereġ mid-dar tiegħu, peress li joqgħod f’appartament fi blokka fi Triq San Albert, meta waqgħet fuqu ġebla li kienet qed tintuża fil-bini ta’ penthouse fl-istess blokka.

Issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet lir-raġel l-isptar, fejn irriżulta li ma kienx weġġa’ gravi.