Aktar minn 300 gazzetta fl-Istati Uniti ddeċidew li jippubblikaw editorjali jiddefendu l-ħelsien tal-midja bħala ċanfira għall-President Donald Trump li qal li l-midja hija għadu tal-popolazzjoni Amerikana.
The Boston Globe organizzat l-ispinta editorjali, bil-għajnuna ta’ New York Times u numru ta’ gazzetti żgħar oħra bi wħud minnhom ġejjin minn stati li rebbħu lil Trump lura fl-2016.
L-editorjal ta’ The Boston Globe sostna li l-qawwa tal-Amerka tiddependi mill-irwol tal-ħelsien tal-midja. Irrimarka li dak li qal Trump dwar il-midja huwa perikoluż għaċ-ċiviltà tal-pajjiż.
Reuters ipprova jagħmel kuntatt mal-White House dwar dan, madanakollu ma rnexxielhomx jaslu sabiex jiksbu kumment.
Aktar dettalji minn hawn.