Gazzetta stampata biċ-ċitru tintuża kontra n-nemus

Il-gazzetta bl-isem Mawbima fi Sri Lanka qed theġġeġ lin-nies jixtru l-gazzetta sabiex apparti li jaqrawha jużawha wkoll kontra n-nemus.
Dan għaliex il-pagni tal-gazzetta qed isiru b’kimika li fiha ċ-ċitru biex igerrex in-nemus.
Fi Sri Lanka hemm epidemija ta’ virus magħruf bħala dengue fever li jiġi trażmess lill-bnedmin min-nemus.
Kull sena aktar minn 400 miljun persuna fl-Ażja jispiċċaw infettati b’dan il-virus li 30,000 minnhom fi Sri Lanka.
L-ewwel darba li din il-gazzetta bdiet tiġi stampata biċ-ċitru kien f’April li għadda fil-Jum Internazzjonali tas-Saħħa.