Gazzetta Ingliża tagħti tort lil Christensen

“Tort ta’ Andreas.” It-titlu tal-faċċata tal-gazzetta Ingliża The Sun kien ċar u tond meta ta t-tort kompletament lid-difensur ta’ Chelsea Andreas Christensen meta wara żball difensiv tiegħu wasal il-gowl tad-dro ta’ Lionel Messi fi dro ta’ 1-1 bejn il-Blues u Barcelona.
Il-ġurnalist illi rrapporta din il-logħba ma kellu ebda ħniena għal dan il-plejer hekk kif skont hu dan l-iżball jista’ jtellef iċ-ċans lit-tim Ingliż illi jikkwalifika għal mal-aħħar tmienja tal-kompetizzjoni.
Fil-fatt Chelsea jridu jiskorjaw bilfors fil-Camp Nou ta’ Barcelona u dan l-istess ġurnalist sostna illi t-tim li jilgħab fi Stamford Bridge irid ikun ferm preparat sabiex iwettaq il-ħolma tal-kwalifikazzjoni.