Gazpacho — Soppa/xarba għas-sajf

Riċetta u ritratt: Tanya Zammit

Ingredjenti

1 slajs ħobż niexfa mqattgħa

6 tadamiet imqattgħa

1 bżaru aħdar, bla żerriegħau mqattgħa

1 bżaru aħmar, bla żerriegħa u mqattgħa

nofs basla mqattgħa

1 ras ta’ tewma mgħaffġa

75ml żejt taż-żebbuġa

1 mgħarfa ħall aħmar

1 kuċċarina trab tal-kemmun

bżar u melħ

1 tazza żgħira ilma

biċċiet tas-silġ

Metodu

Poġġi l-ingredjenti kollha fi blender, inkluż is-silġ, għax is-silġ ma jħallix it-togħmiet jitmewru meta x-xfafar tal-blender jisħnu waqt li jaħdmu.

Ħalli t-taħlita tiksaħ u servi ma’ croutons u xi biċċiet imqattgħa rqaq tal-bżar aħdar jew aħmar.

Inkella t-taħlita tista’ tgħaddiha minn passatur u sserviha mas-silġ għal xarba rinfreskanti għas-sajf.