Gaża u Iżrael jagħmlu paċi għal 72 siegħa

Fid-29 jum minn meta Iżrael beda jattakka l-Istrixxa ta’ Gaża, fis-sebgħa tat-Tlieta filgħaxija, Iżrael u l-Ħamas waqfu mill-ġlied għal tliet ijiem sħaħ.
Iżrael ħabbar li rtira mill-Istrixxa iżda se jħalli ftit nies mal-fruntiera f’każ li l-Palestinjani ma jirrispettawx il-patt u jattakkaw xorta waħda.
Fl-Eġittu diġà waslet delegazzjoni Iżraeljana, li għandha tiddiskuti t-trattativi ta’ paċi.
Min-naħa hemm il-Ħamas li qed jifraħ b’din “ir-rebħa militari” waqt li Iżrael qal li qered il-mini kollha.
Minn meta bdew l-attakki, inqatlu aktar minn 1,800 persuna Palestinjana, b’ħafna minnhom huma tfal. 
Fosthom inqatlu wkoll 900 persuna affiljata mal-Ħamas, mal-Jihad Iżlamika u gruppi oħra terroristiċi.