Gaża: M’irnexxielhomx jagħmlu sagħtejn mingħajr ġlied

Eluf ta’ nies ħarbu mill-Lvant ta’ Gaza hekk kif l-attakki permezz ta’ bombi kompla fid-distrett ta’ Shujayea.
In-numru ta’ nies li mietu fl-aħħar 13-il ġurnata tela għal 400.
Kmieni waranofsinhar, il-forzi Iżraeljani qabblu li josservaw sagħtejn mingħajr attakki minħabba raġunijiet umanitarji, iżda inqas minn siegħa wara reġa’ beda l-ġlied.
Mijiet t’iġsma ttieħdu l-isptar dalgħodu, filwaqt li aktar mistennija ladarba l-ambulanzi jkunu jistgħu jidħlu fl-irħula.