Gaża: 72 siegħa waqfien mill-ġlied

L-Iżrael u l-Palestina qablu li jagħmlu 72 siegħa mingħajr ġlied f’Gaża.
Ilbieraħ f’Iżrael kien hemm sebgħa sigħat bla ġlied iżda imbgħad kompliet il- ħidma militari.
Filwaqt li Iżrael m’attendix għal-laqgħat ta’ diskussjoni li saru bejn il-gruppi Palestinjani f’Kajr, kien hemm qbil li ma jsirux attakki għal tlett ijiem.
Il-grupp tal-Ħamas ukoll aċċetta din id-deċiżjoni.
Matul l-aħħar erbgħa ġimgħat inqatlu 1,800 Palestinjan u madwar 70 Iżraeljan.