Gaża: 15 jinqatlu fi skola

Mill-inqas 15 il-persuna inqatlu u 200 indarbu f’attakk ta’ sparar fi skola f’Gaża.
Mijiet ta’ Palestinjani kienu fl-iskola f’Beit Hanoun, li kienet qed tintuża bħala xelter.
Din hi r-raba’ darba li faċilità tan-Nazzjonijiet Magħquda ġiet milquta mill-Iżraeljani fil-ġlieda kontra l-militanti tal-Ħamas.
Fl-aħħar ġimgħatejn, inqatlu aktar minn 700 Palestinjan u 30 Iżraeljan.