Gaża: 12-il siegħa ta’ waqfien mill-ġlied

Iżrael u l-Ħamas bdew dawk li qed jissejjħu bħala “12-il siegħa umanitarji” f’Gaża fejn twaqqaf temporanjament il-ġlied. Madankollu Iżrael qal li waqt din il-waqfa, se jkompli jinnewtralizza attakki mill-Ħamas u wiegħed li se jirrispondi jekk ikun fil-mira ta’ attakki.
Intant għadhom għaddejin sforzi diplomatiċi sabiex tiġi negozjata ġimgħa ta’ waqfien mill-ġlied.
Matul l-aħħar lejl, l-attakki Iżraeljani qatlu 19-il Palestinjan. Inqatlu wkoll żewġ suldati Iżraeljani.
M
inistri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Uniti, ir-Renju Unit, it-Turkija u l-Qatar se jkunu fost dawk li se jiltaqgħu fi Franza llum sabiex jinnegozjaw waqfien temporanju mill-ġlied.