Gaża: 10 jinqatlu, Hadar Goldin ikkonfermat mejjet

10 refuġjati inqatlu u 35 indarbu meta skola f'Rafah oħra ntlaqtet minn attakk Iżraeljan fl-ajru.
Fost il-vittmi kien hemm nisa u tfal li kienu qed jistennew l-ikel.
Madwar 3,000 Palestinjan kienu qed jistkennu fl-iskola fil-ħin tal-attakk. Dan kien is-sitt attakk fuq faċilità tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Il-ġimgħa l-oħra żdiedu t-tensjonijiet wara rapporti li ġie maħtuf suldat Iżraeljan f’Gaża.
Il-grupp militanti tal-Ħamas kien sostna li tilef il-kuntatt ma’ dawk li kienu qed jiġġieldu fl-inħawi.
Illum iżda, id-Difiża Iżraeljana sostniet li Hadar Goldin ġie maqtul meta l-Ħamas attakkaw l-iskwadra tiegħu, kontra rapporti ta’ ħtief.
S’issa inqatlu aktar minn 1,700 Palestinjan, filwaqt li indarbu aktar minn 9,000.