Gayle viċin Fulham

Skont il-gazzetta Newcastle Chronicle dalwaqt tintemm l-avventura tal-attakkant ta’ Newcastle Dwight Gayle mal-klabb.
Dan kollu jista’ jseħħ dan ix-xahar hekk kif sar magħruf illi jinsab barra mill-pjanijiet tal-kowċ Rafa Benitez.
B’hekk Gayle mal-ewwel sab ix-xoqqa f’moxtha u qabel sabiex jitlaq lit-tim u jsib destinazzjoni oħra li tidher li ser tkun Londra mal-klabb ta’ Fulham.
Sadanittant il-Magpies qed jagħtu stima ta’ £ 15 –il miljun sabiex jinxtara dan il-plejer.