Gawdi r-Ryde tiegħek

Ryde hu l-aħħar servizz ta’ transport li għadu kemm kien introdot fil-gżejjer Maltin, u qed jirrevoluzzjona l-mod ta’ kif nibdew naraw il-kunċett tal-mobililtá sostenibbli f’pajjiżna. Dan l-aħħar jaf rajt fit-toroq tagħna, il-famuża ‘London Cab’ ta’ lewn iswed, li hija ikona tal-Belt Kapitali Ingliża. Infatti din il-vettura hija waħda minn novitajiet li qed jintroduċu Ryde f’Malta. Din il-karozza taħdem komplettament bl-elettriku. Din il-kumpanija tat-trasport, Ryde għandha l-esklussivitá f’Malta biex tamministra din il-flotta ta’ karozzi li jaħdmu biss bl-elettriku u li joffru beneffiċji bħal m’hu l-aċċess ta’ rampa għall-wheelchairs, prams u pushchairs (mingħajr il-ħtieġa li l-passiġġieri jqumu minn fuq is-sedil tagħhom), seating ta’ 3 + 3 li jħarsu lejn xulxin, is-saqaf tal-vettura jagħti dehra kompluta tas-sema u wieħed isib ukoll spazju kbir fejn jitpoġġew il-bagalji. Il-bqija tal-flotta ta’ Ryde tinkludi ukoll ħafna aktar vetturi normali għall-passiġġieri u flotta oħra ta’ mini-vans.

L-app ta’ Ryde taħdem fuq teknoloġija tal-mobilitá tal-aqwa klassi globali li tippermetti li dawk li jużawha jibbukkjaw faċilment bil-mod preferut tagħhom. Din l-app toffri servizz ta’ on-demand bla xkiel u pre-booking b’termini mill-aqwa kemm għall-passiġġiera kif ukoll għas-sewwieqa, u li wassal biex din l-istess app kellha bidu mill-aqwa fost dawk li bdew jużawha u li ma kienx mistenni.

Din il-kumpanija għandha ossessjoni fuq is-sewwieqa tagħha, b’filosofija ċara li: “kemm il-darba s-sewwieqa li jaħdmu ma’ Ryde qed jaħdmu f’ambjent li jagħmilhom kuntent, allura r-Ryders (iġifieri l-passiġiera li jużaw is-servizz offrut minn din il-kumpanija) tagħna jkunu kuntenti. It-teknoloġija li tintuża’ minn Ryde hija eċċezzjonali, iżda fl-istess waqt ma tiswa’ assolutament xejn mingħajr ma jkollok nies tajba li jkunu involuti u qed jaħdmu magħna. Il-veritá hi li wieħed irid iħares lejn dan kollu bl-aktar mod sempliċi; aħna ta’ Ryde nemmnu li huwa l-element uman li jwassal biex iseħħ il-maġija fil-kummerċ tagħhna” qal kelliem ta’ Ryde,

Il-kumpanija Ryde kienet imfassla madwar il-filosofija li l-bniedem u l-ambjent li noperaw fiħ, għandhom jiġu l-ewwel, u fejn is-suċċess hu mkejjel mill-benesseri u mhux biss permezz ta’ numri u statistiċi. (Fil-fatt, Ryde se tkun qed twettaq inzijattiva ewlenija li tagħti aktar appoġġ għall-impenn tagħha għall-benesseri ambjentali ta’ Malta fil-ġimgħat li ġejjin).

L-app ta’ Ryde hija disponibbli biex titniżżel mill-App Store u minn fuq Google Play.

In-normi l-ġodda għas-saħħa u s-siġurtá qed ikunu strettament osservati permezz ta’ perspex apposta li jifred lis-sewweiqa minn mal-passiġġiera, filwaqt li l-maskli għandhom jintlibsu f’kull ħin.

Dan it-tagħrif twassal minn Ryde / MPS Ltd.