Gawdi l-Festival tan-Nar mill-Forti Sant’Anġlu

Ritratt: Heritage Malta

Read in English.

Nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Awwissu, mit-8.00pm ‘l quddiem, Heritage Malta qiegħda tistieden lill-pubbliku biex jara l-ispettaklu tal-Festival tan-Nar minn fuq is-swar tal-Forti Sant’Anġlu. Apparti l-ispazji estensivi li fih dan il-Forti, il-pubbliku jista’ jgawdi minn veduti mill-isbaħ tal-madwar. Dan l-avveniment qed joffri wkoll l-opportunità li wieħed iżur l-interpretazzjonijiet varji f’dan il-bini storiku fil-Birgu.

Prezz €3. Tfal taħt il-11 il-sena jidħlu bla ħlas. Għal din l-attività mhux se jiġi aċċettat il-Passaport ta’ Heritage Malta. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-bieb tal-Forti Sant’Anġlu.

Se jkun hemm xi ikel ħafif u xorb għall-bejgħ.

Ħin: 8:00pm il-quddiem. L-aħħar dħul 11.30pm. Il-Forti se jagħlaq f’nofsillejl.

Heritage Malta qiegħda tieħu l-miżuri protettivi u preventivi meħtieġa biex tassigura s-sigurtà u l-protezzjoni kontra l-COVID-19.

Ritratt: Heritage Malta

Dan it-tagħrif twassal min n Heritage Malta.