Gauff l-iżgħar plejer li għaddiet mal-aħħar 32 plejer f’Wimbledon

Getty-Images

L-introduzzjoni tal-ħolm ta’ Coco Gauff fil-kompetizzjoni ta’ Wimbledon kompliet tavvanza hekk kif irnexxielha tirbaħ it-tieni logħba tagħha, din id-darba kontra Magdalena Rybarikova. Il-kwalifikatriċi Amerikan li għad għandha 15-il sena ħadet biss siegħ u disa’ minuti biex għelbet l-avversarju Slovakka 6-3 6-3 taħt is-saqaf ġdid ta’ Court One.

Gauff li għelbet lil Venus Williams nhar it-Tnejn, se tkun qed tilgħab kontra Polona Hercog tas-Slovenja fir-rawnd li jmiss. Gauff saret l-iżgħar plejer li għaddiet mal-aħħar 32 plejer f’Wimbledon minn meta l-Amerikana Jennifer Capriati kienet għaddiet għas-semi finali fl-1991 meta wkoll kien għad kellha 15-il sena.

Aqra: Ta’ 15-il sena tirbaħ lil Venus Williams fil-Wimbledon