Gatt jagħżel it-tim għal-logħba tal-EURO tan-Nisa kontra l-Ġeorġja

Joe Borg (2018)

Il-coach tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa Mark Gatt għażel 20 plejer għal-logħoba ta’ kwalifika għall-UEFA Women’s EURO 2021 kontra l-Georgia. Il-Maltin se jilqgħu lit-tim mill-Georgia f’pajjiżna llum. Nhar it-Tliet 10 ta’ Marzu Malta se tkun qed tilgħab kontra l-Bosni & Herzegovina fis-Centenary Stadium. Iż-żewġ logħbiet se jintlagħbu fis-6:30pm.

Gatt żamm il-maġġoranza tal-plejers li kienu parti mill-iskwadra għal-logħob tal-aħħar żewġ logħbiet tal-Grupp B – kontra l-Iżrael u l-Italja. Il-captain Dorianne Theuma hija fost l-aktar plejers b’esperjenza fit-tim. Hija qegħda viċin ħafna wkoll li tilħaq il-100 logħba mat-tim Malti. S’issa għamlet 98 logħba.

Tlieta mill-plejers li bħalissa qed jilgħabu barra minn Malta mhux se jkunu jistgħu jingħaqd mat-tim minħabba impenji barra minn xtutna. Dawn huma Nicole Sciberras ta’ Juventus, Shona Zammit ta’ Pink Bari u Ylenia Carabott ta’ Chievo Fortitudo.

GOWLERS
Janice Xuereb (Birkirkara); Jodie Attard (Raiders Għargħur); Patricia Ebejer (Mġarr United).

DEFENDERS
Stephania Farrugia, Ann-Marie Said, Alishia Sultana (kollha Birkirkara); Emma Lipman (Florentia San Gimignano, Italy); Charlene Zammit (Swieqi United).

MIDFIELDERS

Gabriella Zahra, Veronique Mifsud (Birkirkara); Rachel Cuschieri (PSV Vrouwen, Netherlands); Jade Flask, Dorianne Theuma, Emma Xuereb (all Swieqi United); Roxanne Micallef, Claudette Xuereb (Mġarr United).

ATTAKKANTI
Brenda Borg (Mġarr United); Maria Farrugia (Sunderland AFC Ladies, England); Haley Bugeja (Mġarr United); Martina Borg (Sassari Torres, Italy).