Gateau tal-kafè

Gateau tal-kafè

Riċetta u ritratti ta’ Martin Vella.

Ingredjenti

3 bajdiet

200g zokkor

pakkett marġerina

essenza tal-lewż

3 pakketti gallettini semi-sweet

krema tal-bott

kokotina

kafè

Metodu

Ħallat il-marġerina u l-bajd u ftit essenza tal-lewż maz-zokkor. Ħawwad sakemm iz-zokkor u l-bajd jitħalltu flimkien.

Fuq tray ċatt jew kwadru agħmel saff tal-gallettini, xarrabhom bil-kafè u ibda idlek it-taħlita tal-marġerina.

Ibqa’ rrepeti dan il-proċess saff saff.  Agħżel int kemm saffi tixtieq tagħmel.

X’ħin tlesti iksi l-wiċċ bil-krema u imsaħ ftit il-ġenb bil-krema.

Fil-wiċċ agħmel ftit kokotina.

Itfgħu fil-friġġ għal madwar sagħtejn sakemm jiksaħ u biex joqgħod.