GasanMamo tappoġġja lill-Food Bank Malta

Bħala parti mill-appoġġ kontinwu lejn inizjattivi li jħallu impatt immedjat fuq il-komunità, bejn it-18 u l-24 ta’ Marzu, GasanMamo Insurance organizzat food-drive. Il-food-drive saret fl-uffiċini kollha ta’ GasanMamo biex tappoġġa lill-Food Bank Malta.
Impjegati ta’ GasanMamo ġew mitluba jagħtu donazzjoni ta’ prodotti tal-ikel bħal bottijiet, legumi, għaġin u ross, żejt u oġġetti oħra. Dawn l-oġġetti nġabru matul il-ġranet qabel l-Għid il-Kbir. “Din kienet okkażjoni perfetta biex GasanMamo tkun involuta f’inizjattiva li għandha effett immedjat u ta’ benefiċċju għal dawk li m’għandhomx biex jgħixu fil-komunità lokali,” qal Julian J. Mamo, Managing Director ta’ GasanMamo.
Imtellgħa u mmexxija minn Alliance Foundation fl-2014, il-missjoni ta’ Food Bank Malta hi sempliċi: biex taġixxi bħala pantry għal familji fil-komunità li jitħabtu biex ikollhom l-ikel fuq il-mejda. Għal kull tmien persuni f’Malta, waħda minnhom tuża l-ikel ta’ Food Bank Malta, bħala s-sors tal-ikel kull xahar. Dan il-faqar ma jiddiskriminax għal lokalità waħda u hu mferrex madwar il-gżira kollha.
L-isforzi ta’ Food Bank Malta matul is-snin taw appoġġ lil dawk il-persuni bi problem finanzjarji, inkluż familji u tfal u ġenituri b’diżabbilità, dawk li għandhom xi mard, nisa separati u min m’għandux xogħol.
GasanMamo ġabret aktar minn ħmistax-il kaxxa ikel permezz ta’ din l-inizjattiva. Dawn imbagħad ġew miġbura minn Food Bank Malta.