GasanMamo tappoġġja l-għarfien fuq l-awtiżmu

GasanMamo Insurance dejjem tgħin biex tqajjem kuxjenza fuq kwistjonijiet tal-komunità. Bħala parti mill-World Autism Awareness Day u b’appoġġ lejn l-Austism Parents Association (APA), riċentament, l-impjegati ta’ GasanMamo kienu mħeġġa jilbsu lbies każwali u ta’ kulur blu, jagħtu donazzjoni, jieħdu ritratti u juru s-solidarjetà billi jitfgħu r-ritratti fuq il-midja soċjali taħt #AutismDay2016.
Tfal b’Autism Spectrum Disorders (ASD) ikollhom diffikultà jinterpretaw id-dinja ta’ madwarhom. Il-moħħ jagħmel sens tal-affarijiet li naraw, nisimgħu, inxommu, intgħomu u nesperjenzaw. Tfal bl-ASD ikollhom problemi biex jagħmlu sens minn dawn l-affarijiet peress li l-moħħ ikun żviluppat b’mod differenti u b’hekk ikun diffiċli għalihom biex jitkellmu, jisimgħu, jifhmu u jilagħbu.
Imwaqqfa fl-2008 minn ġenituri ta’ tfal bl-ASD, l-APA hi organizzazzjoni mhux governattiva bil-ħsieb li tassisti familji bi tfal affetwati bl-awtiżmu u biex iqajmu kuxjenza fil-komunità.
World Autism Awareness Day taqa’ taħt il-kampanja “Respect, Acceptance, Inclusion”, orkestrata minn Autism Europe – assoċjazzjoni internazzjonali li tiġġieled għad-drittijiet tal-persuni bl-awtiżmu u l-familji tagħhom.
Saru bosta attivitajiet madwar id-dinja fejn monumenti famużi inkluż il-Parlament Malti ġew mdawla b’kulur blu.