GasanMamo Insurance bil-kampanja #thefamiliar

GasanMamo Insurance nediet kampanja ġdida, #thefamiliar, biex tfakkar il-memorji differenti tal-Maltin matul is-snin. Il-familjarità tinsab fl-għeruq u fil-kultura tal-Kumpanija u peress li Malta hi gżira żgħira, kollox jidher familjari.
Il-kunċett tal-familjarità jqum mill-ġdid b’mod brillanti permezz tar-riklam fuq it-televixin li qed jintwera bħalissa f’Malta u Għawdex, kif ukoll fuq il-midja soċjali permezz ta’ kompetizzjoni, fejn dawk il-persuni li jikkummentaw fuq l-isbaħ memorja tagħhom jistgħu jirbħu iPhone 6 Plus.
Ftit mill-istampi u r-ritratti familjari li qed jintużaw f’din il-kampanja ġdida huma l-karozza tal-linja b’lewn safrani, l-istampa ikonika tal-gżira tagħna u d-disinn tal-madum antik li jfakkarna fid-dar tan-nanna jew fi żminijiet oħra.
Il-gallariji tradizzjonali b’kuluri differenti huma ikona Maltija u l-festi; ċelebrazzjonijiet storbjużi li huma ċelebrazzjoni tal-familjarità Maltija u mod ta’ ħajja li jidhru wkoll fil-kampanja.