GasanMamo b’kalendarju awtentiku għall-2015

Il-General Manager ta’ GasanMamo, Mark Mamo qal li “s-sena l-ġdida dejjem tibda b’ħafna ambizzjonijiet għolja u miri kbar iżda qatt ma nkunu nafu x’se ġġib magħha. F’GasanMamo Insurance nippjanaw b’sens qawwi fil-preżent u nagħmlu żgur li l-preżent ikun pożittiv u sod. B’hekk dan ikun jista’ jwassalna għal futur simili.”
Il-kalendarju innovattiv kien żviluppat minn MPS Marketing Communications. Alan Paris, Creative Director ta’ MPS, qal li “l-ħajja hi imprevedibbli u trid tibqa’ għaddejja, jiġri x’jiġri. Iżda li tagħżel l-aħjar prodott tal-assigurazzjoni tista’ tkun għażla diffiċli ħafna għal xi uħud. Grazzi għal dan il-kalendarju biddilna sitwazzjonijiet esaġerati biex noffru interpretazzjoni umoristika għal meta tħalli l-affarijiet għad-destin. Bl-istess mod, kull stampa diġitali hi spejgata skond l-istilla tal-osroskopju applikabbli għal dak il-perjodu.”
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.