GasanMamo “b’bidu b’saħħtu”

L-attività saret ilbieraħ b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Dijabete, Pharmachemic Limited u Abbott Diabetes Care.
Moira Grixti mid-Diabetes & Endocrine Centre tal-Isptar Mater Dei, ittestjat il-livelli taz-zokkor tal-impjegati u l-klijenti kollha li wrew interess.
Il-General Manager ta’ GasanMamo, Mark Mamo, qal li “is-sena l-ġdida ġġib tamiet u ħolmiet ġodda u aħna ħsibna li biex nibdew is-sena fid-direzzjoni t-tajba, kellna nippromwovu iktar kuxjenza lejn is-saħħa tal-impjegati u l-klijenti tagħna.”
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt .