Garaxx żgħir f’Paceville se jinbidel f’guesthouse

Google Maps

Read in English.

Garaxx żgħir f’Paceville li jesa’ karozza waħda se jinbidel f’guesthouse bi 12-il kamra wara li nħareġ permess għal dan l-iżvilupp mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Il-garaxx qiegħed fit-tarf ta’ Triq Santu Wistin, qrib il-mini li jgħaqqdu Paceville mas-Swieqi. Skont is-sit tal-Awtorità tal-Ippjanar, il-binja proposta għall-iżvilupp tikkonsisti biss mill-garaxx u biċċa triangolari ċkejkna ta’ art bejn il-garaxx u bejn it-triq li twassal għal Triq Reġjonali.

Il-pjanti, li ġew sottomessi f’isem Luke Chetcuti, jipproponu li jitwaqqa’ l-garaxx u minfloku tinbena guesthouse bi 12-il kamra. Biċ-ċokon tal-art, wieħed diffiċli jimmaġina arranġament ieħor għajr dak ta’ sular għal kull kamra, jew arranġament ieħor estetikament proporzjonat.

PA

Il-Kummissjoni tal-Ippjanar l-ewwel iddiskutiet din il-proposta f’Novembru li għadda, meta talbet lill-iżviluppatur għal iżjed informazzjoni. F’laqgħa oħra fid-9 ta’ Jannar reġgħet talbet għal iżjed informazzjoni. Iżda l-uffiċjal tal-każ baqa’ jirrakkomanda li l-pjan jiġi rifjutat. Hija aġġornat ir-rapport tagħha lejlet id-deċiżjoni finali.

Madankollu, il-proġett ġie approvat mill-Kummissjoni li hi magħmula minn tliet persuni, b’żewġ voti favur. Persuna mill-membri kienet assenti meta ttieħed il-vot.