Garaxx jieħu n-nar fil-Gżira

Christoph Schwaiger

Garaxx ħa n-nar fil-Gżira, iżda ħadd ma weġġa’ fl-inċident.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li fit-3pm daħal rapport ta’ garaxx jaqbad fi Triq il-Vitorja fil-Gżira.

L-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex jitfu n-nar, li qabad minn apparat elettroniku żgħir.

Ma kienx hemm bżonn ambulanza f’dan l-inċident.