Garaxx jieħu n-nar f’Ħal Farruġ

Garaxx ħa n-nar f’Ħal Farruġ dalgħodu. Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fi Triq San Vinċenz de Paul fid-9.20am.

Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili li assistew sabiex jintfew in-nirien. Ħadd ma sofra xi ġrieħi kawża ta’ dan l-inċident.