Ġappun: Jiżbroffa vulkan għal 500 darba din is-sena

Wieħed mill-aktar vulkani attivi fil-Ġappun żbroffa b’mod qawwi fil-jum tal-Ħadd. Sħaba ta’ rmied mliet is-sema, b’għoli ta’ 5,000 metru, hekk kif Sakurajima ħa l-ħajja għal 500 darba din is-sena.

Skont ġurnali lokali, din kienet l-ogħla u l-ikbar splużjoni mill-1955. Il-viżibilità fil-belt ta’ 600,000 resident fejn jinsab il-vulkan, idetorjerat b’mod drastiku. S’issa għad m’hemm l-ebda rapporti t’inċidenti.

Fix-xahar ta’ Awwissu, temperaturi għoljin ħakkmu l-Ġappun, filwaqt li fit-tramuntana tal-pajjiż kien hemm għargħar fil-jiem li għaddew.