Ġappun: jirriżenjaw 2 Ministri akkużati b’użu ħażin ta’ flus

Fil-Ġappun irriżenjaw żewġ Ministri ġodda mill-Kabinett tal-Gvern – it-tnejn li huma wara allegazzjonijiet ta’ użu ħażin ta’ flus miġbura mill-kampanja elettorali.
Il-Ministru tal-Ġustizzja rriżenjat ftit sigħat biss wara l-Ministru tal-Industrija. Iż-żewġ riżenji jagħtu daqqa lill-Kabinett il-ġdid tal-pajjiż, anke għaliex waħda miż-żewġ Ministri nisa kienet meqjusa  minn ħafna bħala s-suċċessur tal-Prim Ministru attwali.
L-eks Ministru tal-Ġustizzja ġiet akkużata hi personalment b’użu ħażin ta’ fondi, waqt li l-eks Ministru tal-Industrija rriżenjat minħabba akkużi fil-konfront ta’ ħaddiema tagħha.