Ġappun: 36 mejta wara maltempata

Fil-Ġappun inqatlu madwar 30 persuna wara li parti minn muntanja waqat fuq il-belt ta' Hiroshima.
Ammont kbir ta' xita, li ssoltu jinżel f'xahar, niżel f'temp ta' ġurnata, li wassal għal numru ta' djar jispiċċaw midfuna taħt tajn u ġebel.
S'issa 36 persuna instabu mejta filwaqt li seba' persuni għadhom mitlufa.
Fost il-vittmi kien hemm tifel ta' sentejn u ħaddiem tas-salvataġġ li rnexxielu jsalva ħames persuni qabel ma miet.
Aktar xita mistennija fil-jiem li ġejjin.