Gangster jaħrab minn ħabs Franċiż b’ħelikopter

Read in English.

Gangster Franċiż magħruf għadu kemm ħarab minn ħabs fi Franza permezz ta’ ħelikopter.

Rapporti fil-midja Franċiża qed jgħidu li Redoine Faïd, li għandu 46 sena, ġie maħruġ mill-ħabs Réau li jinsab fi Seine-et-Marne dalgħodu, bil-għajnuna ta’ tliet persuni armati.

Il-gangster Franċiż-Alġerin kien imsemmi bħala l-iktar kriminal imfittex mill-Pulizija Franċiża mill-2013.

Skont midja Franċiża, il-ħelikopter instab maħruq aktar tard illum.

Din hija t-tieni darba li Faïd ħarab mill-ħabs.