Ġamm tat-tin imqadded

Riċetta u ritratt: Joseph A Cachia

Ingredjenti

400g tin imqadded

2 kikkri ilma

kwart ta’ kikkra meraq tal-lumi

kikkra u nofs zokkor

nitfa melħ

ponta ta’ kuċċarina essenza tal-vanilla

Metodu

Qatta’ f’biċċiet żgħar it-tin imqadded. Neħħi z-zkuk.

F’kazzola itfa’ t-tin,  iz-zokkor, l-ilma, il-meraq tal-lumi u l-essenza tal-vanilla.

Saħħan fuq nar bati sakemm jibda jagħli. Meta jagħli għolli n-nar u sajjar għal madwar 15-20 minuta waqt li tħawwad il-ħin kollu. Ħawwad sakemm ikollok taħlita ftit magħquda. Meta t-taħlita teħxien itfi n-nar u ħalliha tiksaħ.

Għaffeġ it-taħlita f’food processor għal ftit sekondi u wara tista’ tagħmlu fil-fliexken.

Jekk trid tuża l-ġamm bla ma taħżnu daħħlu fil-friġġ. Imma jekk trid taħżnu għal xi xhur poġġih fi fliexken sterelizzati.

B’dawn l-ammont ta’ ingredjenti jkollok biex timla żewġ fliexken tal-ġamm.