Ġamm tan-naspli

Ritratt: Maria Callus

Ingredjenti

900g naspli

kikkra u nofs zokkor

3 kuċċarini estratt tal-vanilla

kwart ta’ kuċċarina ġinġer mitħun jew mgħarfa ġinġer frisk mitħun

Metodu

Naddaf in-naspli miż-żerriegħa u qaxxar. Qatta’ fi kwadri żgħar.

Ħallat flimkien il-frott, il-ġinġer, iż-żokkor u l-vanilla u saħħan fuq nar moderat.

Kompli sajjar għal madwar 25 minuta sakemm iz-zokkor idub u t-taħlita tagħqad li meta tgħolli mgħarfa minnu t-taħlita tibqa’ mwaħħla magħha.

Qabel ma tagħmel il-ġamm fil-fliexken trid l-ewwel tagħmel il-fliexken f’ilma jagħli. Aqlibhom rashom ’l isfel fuq sarvetta biex jinxfu. Meta l-ġamm ikun lest imliehom sa ċentimetru ’l isfel minn fuq. Erġa’ agħmilhom fil-misħun għal 10 minuti. Ħallihom jiksħu.

Il-ġamm iżomm għal sena sħiħa.

Jekk se tiffriżah imla f’kontenituri tajbin għall-freezer u ħallihom nieqsa pulzier minn fuq. Il-ġamm iżomm għal sena.