Ġamm tal-frawli

Riċetta u ritratt: Joseph A Cachia

Ingredjenti

900g frawli

420g zokkor

nofs tazza meraq tal-lumi

Metodu

F’borma kbira b’qiegħ oħxon ħallat flimkien l-ingredjenti kollha. Ħallihom joqogħdu għal madwar 5 minuti.

Saħħan fuq nar moderat sakemm jibda jagħli waqt li tħawwad il-ħin kollu.

Meta jibda jagħli żid in-nar u ħallih jagħli waqt li tħawwad il-ħin kollu. Tiqafx tħawwad u tkun taf li l-ġamm qed isir għax meta tgħolli ftit minnu b’kuċċarina u ddawwarha rasha ’l isfel u tħoss il-ġamm, dan ikun bħal jibqa’ mwaħħal mal-ponta ta’ subgħajk. Dan hu s-sinjal li l-ġamm ikun sar.

Jekk se tużah ma ddumx ħallih jiksaw sew u ferrgħu fi fliexken u poġġih fil-friġġ.

Jekk trid taħżmu, erfgħu fi fliexken sterelizzati.