Gallettini tal-peanut butter

Ingredjenti

75g butir bla melħ

75g crunchy peanut butter

75g zokkor abjad

75 zokkor ismar

bajda

170g dqiq plain

nofs kuċċarina baking powder

kwart ta’ kuċċarina melħ

kuċċarina baking soda

Metodu

Ħallat flimkien il-butir, il-peanut butter u ż-żewġ zokkor sakemm ikollok taħlita kremuża. Żid il-bajda.

F’bieqja separata agħrbel id-dqiq, il-baking powder, il-baking soda u l-melħ. Wara żidhom mat-taħlita tal-butir. Ħalli fil-friġġ għal siegħa.

Ifforma blalen ta’ 2.5cm u poġġi fuq tilar tal-ħami. Iċċattja kull ballun b’furketta u agħmel disinn fil-wiċċ.

Saħħan il-forn għal 190˚Ċ (375˚F) għal madwar 10 minuti jew sakemm tara li l-gallettini ħadu kulur kannella.